Posted by & filed under Press Releases.

Diversi rappreżentanti ta’ msieħba soċjali, assoċjazzjonijiet ta’ tobba, infermiera, psikjatri, farmaċisti, social workers u ħafna NGOs oħra li għandhom ħafna esperjenza fil-prevenzjoni tad-droga jinsabu inkwetati ħafna bl-atteġġjament tal-Gvern li mhux qed jisma’ lil eluf ta’ ċittadini u organiżżazzjonijiet li xtaqu jagħmlu emendi fl-abbozz 241 dwar l-użu rikreattiv tal-Kannabis u qed jisma’ biss organizzazzjoni waħda. 

F’inqas minn erbat ijiem ’il fuq minn 8000 cittadin iffirma l-petizzjoni biex isiru l-emendi għal din il-liġi. Qatt ma kien hemm petizzjoni li tellgħet daqshekk firem fi żmien daqshekk qasir! 

Is-Sibt 11 ta’ Diċembru 2021, intbagħtet ittra lill-Onorevoli Joe Mizzi u lill-kumitat Parlamentari tal-petizzjonijiet biex il-lejla fil-1130pm tingħalaq il-petizzjoni skont il-linji gwida 6.1 tal-kumitat u biex dan jiltaqa’ u jiddiskuti din il-petizzjoni skont il-linji gwida 7.1.

Huma diversi professjonisti u għaqdiet li kkontribixxew billi semmgħu leħinhom fuq il-mezzi tax-Xandir: tobba, psikjatri, social workers, farmaċisti etc.. Ġew sottomessi diversi emendi u l-ebda waħda minnhom ma’ ġiet aċċettata mill-kumitat parlamentari fl-istadju tat-tieni qari. Għaldaqstant qed issir sejħa lill-Gvern biex jisma’ l-ilment ta’ ħafna organizzazzjonijiet u jagħmel l-emendi meħtieġa, propju bħala miżura ta’ harm reduction.

Dawk kollha li ffirmaw il-petizzjoni huma favur id-dekriminilazzazzjoni. Ħadd qatt ma mar il-ħabs għax inqabbad b’xi joint jew b’xi mod intmesset il-kondotta tiegħu jew tagħha. Sfortunatament il-liġi tmur oltre minn dan. Qed tiġi ppreżentata mill-Ministru Owen Bonnici bħala xi ħaġa mill-iktar progressiva meta fil-fatt hija liġi li ser tagħmel ħafna ħsara lis-Soċjeta kif jgħidulna t-tobba, il-psikjatri, il-farmaċisti u l-infermiera.

Fil-Konferenza Stampa tkellmu Dr Aloisia Camilleri, psikjatra li tirrappreżenta lill-Assoċjazzjoni tal-psikjatrija f’Malta, Il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, Dr Martin Balzan, Segretarju Ġenerali l-Assoċjazzjoni Medika Maltija, is-Sur Anthony Gatt Direttur ta’ Caritas Malta, organizzazzjoni ‘l fuq minn 35 sena ta’ esperjenza fil-qasam ta’ riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga, is-Sur Noel Xerri, Chief Exective tal-Fondazzjoni OASI; Fondazzjoni bit-30 sena esperjenza fil-prevenzjoni u trattament fir-riabilitazzjoni kontra l-addictions, Claire Shoemake mill-Kamra tal-Ispiżjari f’Malta, is-Sur Stephen Cachia, Viċi koordinatur tal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja u Fr Jimmy Bartolo sj Koordinatur tal-Assoċjazzjoni tal-iskejjel tal-Knisja.

Id-diskorsi jistgħu jiġu segwiti fuq Facebook.

Din hija koalizzjoni kbira li tirrappreżenta firxa wiesgħa ta’ professjonisti u għaqdiet ċivili li fosthom tinkludi għadiet mill-Knisja. Saru interventi minn imsieħba soċjali preżenti fosthom; Is-Sur Joe Farrugia, Malta Employers Association, Is-Sa Mary Ann Sant Fournier President tal-Kamra tal-Ispiżjara ta’ Malta, Fr Edgar Busutill sj Direttur tal-Istitut Paolo Frere.
Wieħed jista’ jibqa’ jiffirma l-petizzjoni sal-2330hrs tal-lejla fuq is-sit tal-Parlament.

Tista tara filmati tal-kelliema hawn.

Press Coverage: